The Pyrotechnics Club is the club that has the responsibility to organise all kind of fireworks during the village festa celebrations, from the 30th August to the 8th September. The club's work mainly consists of working the fireworks, and also ground fireworks, 'ig-giggifogu' as it is known in Maltese. As one can imagine, the work and risks for this type of work are maximum, but in spite of the ever-present dangers, these volunteers spend most of their free time working on the vivid and colorful fireworks, which liven up the village feast celebrations.

 

L-Istorja fil-Qasir ta' din l-Ghaqda

Nistghu nghidu li ghal dawn l-ahhar tletin sena qatt ma kien hawn festa tal-Vitorja minghajr nar. Se nsemmu xi ismijiet ta' nies li kienu nvoluti fin-nar tal-festa u ma rridx li xi hadd li jkun ta' s-sehem tieghu u ma jissemiex jiehu fastidju.

Is-Sur Anthony Cutajar li kien maghruf bhala Ninu ta' l-armar, kien jiehu hsieb l-armar kollu tal-festa tal-Vitorja. Barra li kien jarma u naturalment izarma u jirranga fejn hemm bzonn kien jiehu l-inkarigu li jigbor xi flus min ghand nies dilettanti biex ikun jista jixtri xi nar ghal-festa tal-Vitorja. Is-Sur Anthony Cauchi (tan-Neqni) li kien ihobb il-festa tal-Vitorja li ukoll kien jixtri xi nar halli jinharaq ghal-festa. Kien jaghmel is-sinjal bil-qanpiena z-zghira halli min ikun ser jahraq jiprepara ghax ser idoqq il-Barka Sagramentali. Zgur li fejn qieghed, qieghed igawdi lill-Madonna li tant kien ihobb.

Fis-snin sebghin hafna minn nar ta' l-ajru specjalment murtaletti u kaxxi nfernali u spanjoli kienu jinxtraw min ghand il-fabbrika tan-nar tas-Sur Kustanz Mifsud minn Birkirkara. L-ahwa Raymond u Victor u l-kugin taghhom Frankie Bartolo kienu hbieb tas-Sur Mifsud, fejn kienu jghinuh jipprepara xi xoghol konness mal-loghob tan-nar. Imma gara li fl-1981 il-fabbrika tas-Sur Mifsud iggarfet bi spluzzjoni fejn halliet mejjet fosthom lis-sur Kustanz Mifsud jew kif kien maghruf bhala s-Sinjur. Hafna dilettanti iddispjacihom ghal-din it-telfa. Barra t-telfa tas-sur Mifsud intilef ukoll wiehed mill-aqwa rgiel li hawn jahdmu fis-sengha piroteknika. Is-Sur Mifsud kien maghruf ghal-murtali maghrufa bhala tad-dahna kulur.

Wara l-mewt tas-sur Mifsud l-ahwa Bartolo u l-kugin taghhom Frankie habtu jaqtghu qalbhom li jkomplu jigbru ghan-nar tal-festa ghaliex huma kienu mohhom mistrieh li n-nar li kienu jixtru minghand is-sur Mifsud kien nar mahdum bil-galbu u bl-inqas periklu. Ma setax jigi mmaginat li ssir il-festa tal-Vitorja minghajr nar xejn. Meta kienet splodiet il-kamra tas-sur Mifsud, fil-fabbrika kien hemm in-nar mahdum ghal-festa tal-Mellieha.

Imma donnu l-ahwa Bartolo maghrufa ukoll bhala tat-Tirlikku hassew li ghandhom jaghmlu l-almu kollu taghhom u jkomplu jirsistu halli l-festa tal-Bambina ma tkunx minghajr nar. Bil-flus li kienu jigbru minghand benefatturi, il-flus li taghti l-knisja kien jinxtara nar li kien jinharaq matul il-festa. Dan in-nar ma kienx esagerat imma moderat li ghalinqas kien juri li hawn festa. Il-harqa tat-translazzjoni b'dawk is-settijiet ta' murtaletti kienu mahduma b'tant reqqa.

Barra l-grupp tat-Tirlikku li issa kien zdied maghhom huhom Patrick li beda jiehu hsieb jixtri murtali tal-kulur, kien hawn individwi ohrajn li kienu jigbru flus halli jinxtara n-nar. Is-sur Joe Vella (ta' l-Arches) kien jiehu hsieb li jigbor il-flus ghal-kaxxa tal-hrug il-vara mill-knisja nhar il-festa. Kienet tkun kaxxa mzewqa b'hafna loghob li ftit kien ikun hawn bhala. Hafna dilettanti kienu jigu ghal-din l-attrazzjoni. Dan in-nar kien isir fil-fabrika ta' San Gabriel ta' Hal-Balzan. Benefattur iehor li ta' kull sena jghin halli jinxtara in-nar huwa is-Sur John Bartolo wiehed mill-ahwa Bartolo msemmija fuq. Dan ghadu sal-lum ihallas halli jinharaq is-salut qabel tohrog il-vara mill-knisja. Benefattur iehor kbir huwa is-Sur John Grima tal-Pergola Club Hotel li ta' kull sena jaghmel kuragg lill-dawn id-dilettanti b'ghajnuna f'inanzzjarja qawwija. Minn din is-sena se jkun l-isponsor ewlieni tal-kulur li se jinharaq fis-6 ta' Settembru Lejliet Lejliet il-festa.

Ftit izjed min ghaxar snin ilu ezattament tnax il-sena ilu twaqfet l-Ghaqda tan-Nar Marija Bambina - Mellieha AD 1989, fuq inizzjattiva tal-Kappillan Dun Alfred Camilleri li bdiet tiehu hsieb tigbor fondi bizzejed halli jkun hawn nar ghal-festa. Dawn jinghataw ghajnuna finanzjarja mil-kappillan u minn din is-sena wkoll gew inkarigati mill-kappillan biex jiehdu hsieb jixtru n-nar ta' l-art. L-Ghaqda fost affarijiet ohra torganizza attivitajiet halli jingabru fondi biex ikun jista' jinxtara n-nar.

Is-sur Philip Bartolo u is-sur Tonio Caruana ghal xi snin, ukoll taw s-sehem taghhom halli jingabru xi flus halli jsir l-loghob tan-nar tal-kulur u tan-nar ta' l-art rispetivament li kien jinharaq lejliet il-festa.

Ninsab cert li hemm izjed li hadmu minn wara l-kwinti, fil-kwiet minghajr daqq ta' trombi. Dawk il-hafna guvintur zghazagh li narawhom wara li tidhol il-vara gewwa l-knisja fejn jigu halli jirringrazzjaw l-Alla u l-Madonna li l-festa ghaddiet b'wicc il-gid minghajr ma hadd ingiref waqt il-hruq tan-nar tal-festa. Dawk il-hafna zghazagh forsi wiehed jghid x'ikunu qed jaghmlu hemm? Dawn ikunu hemm jaghtu daqqa t'id, inewwlu, iserhu lil xulxin min dak ix-xoghol partikulari li kienu mqabbdin jaghmlu mitt haga ohra. Ma ninsewx il-preparamenti li jsiru xi jiem qabel il-festa, bhal hruq ta' haxix hazin, tnehhija ta' xi mbarazz u gebel halli ma jkunx ta' xkiel u hafna xoghol iehor.

Nixtiequ infakkru lill Guzepp Bartolo jew ahjar it-Tirlikku ix-xih li meta kien ghadu fl-ahjar tieghu ukoll kien dilettant tan-nar tal-festa. Guzepp kien wiehed mill-pijunieri li beda jiehu hsieb in-nar ghal-festa fl-imkien ma ohrajn. Kien wiehed minn tal-bidu ukoll li hadem u haraq in-nar tieghu stess. Zgur lil uliedu kien jaghtihom pariri siewja meta jkunu ser jaghmlu xi haga li ghanda x'taqsam man-nar. Baqa jinteressa ruhu sakemm Alla ghogbu sjejahlu ghal-ghandu.

Naghalqu dan it-taghrif billi nsellem u nirringrazzjaw lil dawk kollha li b'xi mod jew iehor taw, ghadhom jaghtu jew li ghad iridu jaghtu xi kontribut ghan-nar tal-festa.

 
PROGRAMM TAN-NAR GHALL-FESTA TAL-VITORJA 2007
 
29 t' Awissu
Hrug tal-Vara minn Nicca
8.00am
Hruq ta murtali tal-bomba.
12.00pm
Hruq ta murtali tal-bomba.
7.30pm
Salut, kaxxa nfernali u murtaletti.
 
30 t'Awissu - 5 ta Settembru
8.00am
Hruq ta murtali tal-bomba.
12.00pm
Hruq ta murtali tal-bomba.
  Fil-ghaixja waqt l-barka Sagramentali jinharqu murtali tal-bomba.
 
6 ta' Settembru
Lejliet lejlet il-festa
8.00am
Hruq ta murtali tal-bomba.
12.00pm
Hruq ta murtali tal-bomba u murtaletti.
11.00pm
Waqt it-tlugh ta' l-istatwa ta Malta fuq il-pedestall tinharaq kaxxa nfernali, murtaletti, beraq pront u martali tal-kulur.
(Dan il-programm se jkun sponsorjat minn SVS Leisure)
 
7 ta' Settembru
Lejliet il-festa
8.00am
Hruq ta murtali tal-bomba u murtaletti.
12.00pm
Hruq ta murtali tal-bomba u murtaletti
6.30pm
Translazzjoni Solenni, salut (sponsorjat minn Victoria Caruana tal-haruf), kaxxa nfernaliu murtaletti
(Dan il-programm se jkun sponsorjat minn SVS Leisure)
10.00pm
Wirja tal-loghob tan-nar, beraq pront, murtali tal-loghob, beraq kulurit, sfejjer, blalen, blalen bid-disinni, murtali tal-kulur, baraxxi u kaxxa nfernali
(Dan il-programm se jkun sponsorjat minn Seabank Hotel)
11.45pm
Wirja tal-loghob tan-nar ta l-art akkumpanjata bil-muzika.
 
8 ta' Settembru
Jum il-Festa tat-Twelid ta' Maria Bambina.
8.00am
Hruq ta murtali tal-bomba u murtaletti.
9.00am
Kaxxa nfernali kif jispicca il-panigierku.
12.00pm
Hruq ta murtali tal-bomba u murtaletti.
7.00pm
Hrug tal-vara ta' Maria Bambina. Salut (sponsorjat minn John Bartolo & Sons).
9.30pm
Qabel id-dhul tal-purcissjoni, wirja tal-loghob tan-nar, beraq pront, murtali tal-loghob, beraq kulurit, sfejjer, blalen, blalen bid-disinni, murtali tal-kuluri, baraxxi u kaxxa nfernali
(Dan il-programm se jkun sponsorjat minn Pergola Holiday Complex).
 
Wara d-dhul tal-vara nistiednu lil kulhadd biex jinghaqad maghna fil-Knisja Parokkjali fejn tinghad talba ta' ringrazzjament lil Maria Bambina bhala eghluq tal-Festa.
 
 
 
 
KUMITAT FESTA- 2007
Presidenti Onorarji: W.R Kappillan Dun Karm Mercieca
  Dun Karm Tanti
  Kan. Dun Alfred Camilleri
President: Anthony Caruana
Vici President: Rita Sant
Segretarju: Keith Micallef
Asst Segretarju: Joe Caruana
Kaxxiera Annmarie Sant
Asst. Kaxxier Philip Attard
Membri Angela Catania
  Charlene Zarb
  Doris Caruana
  Jesmond Borg
  John Grima
  Joe Cutajar
 
 
click to enter website
©Copyright 2003-2006. All rights reserved.
All copyrights and trademarks are the property of their respective owners.
Reproduction in whole or in part is strictly prohibited.